Gruppi Evanġelizzazzjoni

X’inhi l-Evanġelizzazjoni? Li niltaqgħu aħna ma’ Kristu u li nlaqqgħu lill-oħrajn ma’ Kristu. Kważi erbgħin sena ilu fl’Enċiklika Evanġelii Nuntiandi (No. 22) il-Papa Pawlu VI kiteb hekk: ‘Ma tista’ ssir l-ebda evenġelizzazjoni jekk l-isem, it-tagħlim, il-ħajja, il-wegħdiet, is-saltna u l-misteru ta’ Ġesu’ ta’ Nazaret, l-iben t’Alla, ma jkunux imxandrin.’

Il-Papa emeritu Benedittu XVI darba qal: ‘Huwa biss meta niltaqgħu ma’ Alla l-ħaj fi Kristu li nsiru nafu il-ħajja x’inhi!’

Il-Papa San Girgor il-Kbir fil-Prologu tat-Tielet Ktieb tar-Regula Pastorali miktuba għall-isqfijiet tal-knisja fix-xogħol tagħhhom ta’ rgħajja tal-erwieħ jagħtina formola importanti ta’ kif għandha ssir l-Evenġelizzazjoni. Jikteb hekk: ‘Għalhekk kull għalliem, sa biex jibni lil kulħadd bil-virtu waħda tal-karita’, għandu jmiss il-qlub ta’ dawk li jisimgħuh b’tagħlim wieħed, duttrina waħda, imma mhux bl-istess eżortazzjoni’.

Gruppi tal-Evanġelizzazjoni

agħfas fuq l-stampa tal-grupp biex tmur fil-paġna tal-grupp rispettiv

Grupp San Mattew

Grupp San Mark

Grupp San Luqa

Grupp San Ġwann