Eżerċizzi tar-Randan b_differenza
Ċentru Spiritwalità Injazjana
Eżerċizzi tar-Randan b’differenza
Fir-Randan aħna lkoll imdorrijin nisimgħu l-Eżerċizzi għax hu żmien ta’ preparazzjoni għall-ikbar festa tagħna l-Insara.
Din is-sena l-parroċċa tagħna, flimkien maċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana (tal-Ġiżwiti) qegħdin noffrulkom opportunità t’Eżerċizzi differenti mis-soltu; Eżerċizzi bbażati fuq il-qari tal-quddiesa.
Il-qari tal-Ħdud tar-Randan ikun maħsub b’mod li jippreparana għall-festa kbira tal-Għid. Imma kemm inħalluh ikellimna fil-fond?
Matul dawn l-Eżerċizzi se nħallu l-qari tal-Ħadd ikellimna iktar fil-fond billi nitolbu permezz tiegħu. Barra minn hekk, se jitqassmu għajnuniet biex, min irid, ikun jista’ jkompli jirrifletti fuq il-qari matul il-bqija tal-ġimgħa.
Minflok Eżerċizzi matul waħda mill-ġimgħat tar-Randan, ħsibna li jkun iktar ta’ siwi li din l-esperjenza tinfirex matul ir-Randan kollu. F’dawn l-Eżerċizzi sejrin niltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta fis-6:40 p.m. fiċ-Ċentru parrokjali. Il-laqgħa ddum madwar nofs siegħa u tkun tikkonsisti f’mument ta’ talb iggwidat, mument ta’ “sharing” u għajnuniet dwar kif timmedita l-Iskrittura.
Id-dati tal-laqgħat huma dawn:
28 ta’ Frar
7, 14, 21, 28 ta’ Marzu
4 ta’April
L-attendenza hija miftuħa għal kulħadd u hi bla ħlas. Jekk tixtieq tattendi nitolbuk timla hawn taħt u tagħtiha lill-kappillan sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Frar.
Jekk ikun hemm interess, aħna lesti wkoll li, waqt il-ħin tal-laqgħat għall-adulti, il-parteċipanti jistgħu jġibu t-tfal magħhom u aħna nippreparaw attivitajiet adattati għalihom. Jekk intom interessati kellmu lill-kapillan għal aktar dettalji.
Jekk tixtieq tkun taf iżjed dwar din l-initizjattiva, ikteb lil Fr Christopher Vella sj fuq [email protected].
APPLIKAZZJONI
ISEM: ___________________________________ Tel: _____________________________
email: ___________________________________
Se nġib it-tfal miegħi (speċifika kemm u età): ___________________________________________