Reġistrazzjoni Katekiżmu 2020 – 2021
Tiġdid tar-Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu 2020-21 Diġitali
“Mil-lum bdejna nilqgħu it-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-tfal għas-sena kateketika 2020-21 (minn Sena 2 sa Sena 7). Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet mgħotija hawn taħt:
1. Niżżel (download) il-formola.
2. Iftaħha u imla d-dettalji fiha kif indikat fuqha stess, bl-użu tal-kompjuter.
3. Meta timliha issejvjaha u ibgħatha fuq l-email [email protected]. Qegħdin nitolbu li l-formola timtela diġitalment. Mhux se naċċettaw ritratti jew scans tal-formola printjata u miktuba bil-biro.
4. Il-formola trid taslilna sal-Ħamis 20 t’Awwissu 2020.
5. Jeħtieġ timtela formola għal kull wild. Eżempju: jekk għandek żewġt itfal li jattendu jeħtieġ li timla żewġ formoli.
6. Dwar ir-reġistrazzjoni tat-tfal ta’ Sena 1 jew tfal ġodda li se jibdew jattendu ċ-ċentru din is-sena għall-ewwel darba ninfurmawkom aktar ‘il quddiem.